L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 13. Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra
Applikabbiltà
(1) Dawn ir-regolamenti japplikaw għal attivitajiet relatati mal-isfruttar ta’ żona ġeografika bl-għan ta’:
(a) estrazzjoni ta’ żejt jew gass;
(b) esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam u karburanti solidi oħra
(2) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu tal-esplorazzjoni ta’ żejt u gass.
(3) Għall-finjijiet ta’ dan ir-regolament:
(a) "esplorazzjoni" għandha tiġi kkunsidrata li tinkludi l-attivitajiet li twettqu sabiex jiġi vverifikat jekk iż-żejt u l-gass humiex preżenti f’żona partikolari u, jekk hemm, jekk jistax jiġi sfruttat b’mod kummerċjali;
(b) "estrazzjoni" għandha tiġi kkunsidrata bħala l-"produzzjoni" ta’ żejt u gass;
(ċ) "produzzjoni" għandha titqies ukoll li tinkludi l-istabbiliment ta’ infrastruttura adegwata għal produzzjoni fil-futur ta’ żejt bħal pjattaformi taż-żejt, pajpijiet u terminals.
Regolament ta’ qabel
12 — Servizzi postali
Regolament li jmiss
14 — Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’ pajjiżi terzi
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.