Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali

Regolament 14. Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’ pajjiżi terzi

Applikabbiltà

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Dan ir-regolament għandu japplika għal offerti li jkopru prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni ma kkonkludietx, la f’livell multilaterali u lanqas bilaterali, ftehim li jiżgura aċċess komparabbli u effettiv għal impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta’ dawk il-pajjiżi terzi.

(2) Kwalunkwe offerta ppreżentata għall-għoti ta’ kuntratt ta’ provvista tista’ tiġi miċħuda fejn il-proporzjon tal-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, kif stabbilit f’konformità mar-Regolament(UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), jaqbeż il-ħamsin fil-mija tal-valur totali tal-prodotti li jikkostitwixxu l-offerta.

(3) Software użat f’tagħmir tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni għandu jitqies bħala prodotti.

(4) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subregolament (2), fejn żewġ offerti jew aktar huma ekwivalenti fid-dawl tal-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt kif imfissra fir-regolament 170, għandha tingħata preferenza lil dawk l-offerti li ma jistgħux jiġu rifjutati skont is-subregolament (2). Il-prezzijiet ta’ dawk l-offerti għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, jekk id-differenza fil-prezz ma taqbiżx it-tlieta fil-mija.

(5) Offerta ma għandhiex tiġi preferuta minn oħra skont is-subregolament (1) fejn l-aċċettazzoni tagħha tkun tobbliga lill-entità kontraenti li takkwista tagħmir li għandu karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk ta’ tagħmir eżistenti, li jirriżulta f’inkompatibbiltà, diffikultajiet tekniċi fl-operat u l-manutenzjoni, jew spejjeż sproporzjonati.

(6) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-pajjiżi terzi li għalihom il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jkunu ġew estiżi b’Deċiżjoni tal-Kunsill f’konformità mas-subregolament (1) ma għandux jittieħed kont tagħhom meta jiġi stabbilit il-proporzjon, kif imsemmi fis-subregolament (2), tal-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.