Glossarju
It-termini tar-Regolamenti, kif tiddefinihom il-liġi.
It-63 terminu li r-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku jiddefinixxu, kull wieħed bid-definizzjoni uffiċjali tiegħu u b’ismu fit-test Ingliż.
Kull definizzjoni hija t-test uffiċjali tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03): regolament 2
A
akkwist
procurement
"akkwist" tfisser akkwist permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar minn operaturi ekonomiċi…
attivitajiet ta’ akkwist anċillari
ancillary purchasing activities
"attivitajiet ta’ akkwist anċillari" tfisser attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ akkwist, b’mod partikolari fil-forom li ġejjin:
attivitajiet ta’ akkwist ċentralizzat
centralised purchasing activities
"attivitajiet ta’ akkwist ċentralizzat" tfisser attivitajiet imwettqa fuq bażi permanenti, f’waħda mill-forom li ġejjin:
avviż
notice
"avviż" tfisser avviż ippubblikat fil-Gazzetta;
avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt
contract award notice
"avviż dwar l-għoti ta’ kuntratt" tfisser avviż li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
avviż ta’ kuntratt
contract notice
"avviż ta’ kuntratt" tfisser avviż li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
avviżi informattivi minn qabel
prior information notices
"avviżi informattivi minn qabel" tfisser avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali skont dak li hemm speċifikat fit-Taqsima I;
awtoritajiet kontraenti
contracting authorities
"awtoritajiet kontraenti" tfisser l-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, korpi regolati mil-liġi pubblika, jew assoċjazzjonijiet maħluqa minn dawn l-awtoritajiet…
awtoritajiet reġjonali
regional authorities
"awtoritajiet reġjonali" tinkludi awtoritajiet elenkati b’mod mhux eżawrjenti fil-Nomenclature of Territorial Units for Statistics (NUTS) 1 u 2, kif imsemmi…
awtoritajiet tal-gvern ċentrali
central government authorities
"awtoritajiet tal-gvern ċentrali" tfisser l-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Iskeda 6 u, f’dak li jirrigwarda l-korrezzjonijiet jew l-emendi li saru fil-livell…
D
Direttorat għall-Akkwist Settorjali
Sectoral Procurement Directorate
"Direttorat għall-Akkwist Settorjali" tfisser direttorat responsabbli għall-amministrazzjoni, evalwazzjoni u rakkomandazzjoni, f’isem l-awtoritajiet kontraenti imniżżla…
Direttur
Director
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Kuntratti li jmexxi d-Dipartiment tal-Kuntratti;
Direttur għall-Akkwist Settorjali
Director Sectoral Procurement
"Direttur għall-Akkwist Settorjali" tfisser il-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni u l-immaniġġjar tad-Direttorat għall-Akkwist Settorjali;
Direttur għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali
Director of Employment and Industrial Relations
"Direttur għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali" għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
dokument ta’ akkwist
procurement document
"dokument ta’ akkwist" tfisser kwalunkwe dokument maħluq jew li ssir referenza għalih mill-awtorità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist…
F
fornitur ta’ servizzi ta’ akkwist
procurement service provider
"fornitur ta’ servizzi ta’ akkwist" tfisser korp pubbliku jew privat li joffri attivitajiet anċillari ta’ xiri fis-suq;
ftehim qafas
framework agreement
"ftehim qafas" tfisser ftehim bejn xi waħda jew aktar mill-awtoritajiet kontraenti u xi wieħed jew aktar mill-operaturi ekonomiċi, li jkollu l-għan li jistabbilixxi…
I
ineffettività
ineffectiveness
"ineffettività" tfisser kuntratti mogħtija illegalment jew meta l-proċedura tal-akkwist ma’ ġietx osservata b’mod korrett;
innovazzjoni
innovation
"innovazzjoni" tfisser l-implimentazzjoni ta’ prodott, servizz jew proċess ġdid jew prodott, servizz jew proċess imtejjeb b’mod sinifikattiv, inklużi iżda mhux limitati…
K
kandidat
candidate
"kandidat" tfisser operatur ekonomiku li fittex stedina biex jipparteċipa jew ġie mistieden jipparteċipa fi proċedura ristretta, fi proċedura kompetittiva b’negozjar, fi…
kandidat konċernat
candidate concerned
"kandidat konċernat" tfisser kandidat li għadu ma rċeviex informazzjoni minn awtorità kontraenti dwar ir-rifjut għall-applikazzjoni tiegħu qabel in-notifika…
kompetizzjonijiet ta’ disinn
design contests
"kompetizzjonijiet ta’ disinn" tfisser dawk il-proċeduri li jippermettu lill-awtorità kontraenti biex takkwista, prinċipalment fl-oqsma tal-ippjanar tal-ibliet u…
korp għall-evalwazzjoni tal-konformità
conformity assessment body
"korp għall-evalwazzjoni tal-konformità" għandu jkun korp li jwettaq attivitajiet ta’ evalwazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar…
korp ta’ xiri ċentrali
central purchasing body
"korp ta’ xiri ċentrali" tfisser awtorità kontraenti li tipprovdi attivitajiet ta’ akkwist ċentralizzat u, possibbilment, attivitajiet ta’ akkwist anċillari;
korpi regolati bid-dritt pubbliku
bodies governed by public law
"korpi regolati bid-dritt pubbliku" tfisser korpi li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Kumitat ta’ Evalwazzjoni
Evaluation Committee
"Kumitat ta’ Evalwazzjoni" tfisser bordijiet jew kumitati maħtura mill-awtoritajiet kontraenti sabiex jagħmlu evalwazzjoni tal-offerti riċevuti u biex jagħmlu…
Kumitati tal-Kuntratti
Contracts Committees
"Kumitati tal-Kuntratti" tfisser il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u, jew il-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti;
Kummissjoni
Commission
"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea;
kunflitti ta’ interess
conflicts of interest
"kunflitti ta’ interess" għall-inqas tfisser kull sitwazzjoni fejn persuna, inklużi membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew ta’ fornitur ta’ servizzi li jaġixxu…
kuntratti diretti
direct contracts
"kuntratti diretti" tfisser kuntratti li jingħataw mingħajr il-ħtieġa ta’ sejħa minn qabel għal kompetizzjoni;
kuntratti pubbliċi
public contracts
"kuntratti pubbliċi" tfisser kuntratti b’titolu oneruż konklużi bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom…
kuntratti pubbliċi ta’ provvisti
public supply contracts
"kuntratti pubbliċi ta’ provvisti" tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta’…
kuntratti pubbliċi ta’ servizzi
public service contracts
"kuntratti pubbliċi ta’ servizzi" tfisser kuntratti pubbliċi li l-għan tagħhom hu l-akkwist ta’ servizzi għajr dawk li hemm referenza għalihom fit-tifsira ta’ kuntratti…
kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet
public works contracts
"kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet" tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan wieħed minn dawn li ġejjin:
M
mezzi elettroniċi
electronic means
"mezzi elettroniċi" tfisser l-użu ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż kompressar diġitali) u l-ħażna ta’ informazzjoni li tiġi trasmessa, mwassla u…
miktub
written
"miktub" jew "bil-miktub" tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew figuri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara, inkluż…
Ministru
Minister
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
modifika
modification
"modifika" tfisser kull bidla, varjazzjoni jew emenda għall-pattijiet oriġinali ta’ kuntratt inkluż iżda mhux limitat għall-introduzzjoni ta’ kondizzjonijiet ġodda u…
O
offerent
tenderer
"offerent" tfisser operatur ekonomiku li jkun issottometta offerta;
offerenti involuti
tenderers concerned
"offerenti involuti" tfisser offerenti li jkunu għadhom ma ġewx esklużi definittivament. Esklużjoni tkun waħda definittiva jekk din tkun ġiet avżata lill-offerenti…
offerta dipartimentali
departmental tender
"offerta dipartimentali" tfisser offerti maħruġin minn awtoritajiet kontraenti b’valur stmat li jaqa’ taħt il-limitu stabbilit bir-regolament 9(1)(a);
offerti inaċċettabbli
unacceptable tenders
"offerti inaċċettabbli" tfisser offerti sottomessi minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki meħtieġa, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità…
offerti mhux konformi
irregular tenders
"offerti mhux konformi" tfisser offerti li mhumiex konformi mad-dokumenti dwar l-akkwist, li jiġu riċevuti tard, offerti fejn ikun hemm evidenza ta’ kollużjoni jew…
operatur ekonomiku
economic operator
"operatur ekonomiku" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ persuni u, jew entitajiet bħal dawn, inkluża kwalunkwe assoċjazzjoni…
P
persuna black listed
black listed person
"persuna black listed" tfisser kwalunkwe persuna kemm jekk ġuridika kif ukoll fiżika, li magħha l-awtorità kontraenti u kull korp regolat bil-liġi pubblika huma projbiti…
pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern
government’s e-procurement platform
"pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern" tfisser pjattaforma tal-akkwist elettroniku kif stabbilita mid-Direttur;
proċeduri negozjati
negotiated procedures
"proċeduri negozjati" tfisser dawk il-proċeduri li bihom l-awtoritajiet kontraenti jikkonsultaw mal-operaturi ekonomiċi li jagħżlu huma stess u jinnegozjaw il-pattijiet…
proċeduri ristretti
restricted procedures
"proċeduri ristretti" tfisser dawk il-proċeduri li operatur ekonomiku jista’ jitlob li jipparteċipa fihom u li permezz tagħhom ikunu biss dawk l-operaturi ekonomiċi li…
R
referenza teknika
technical reference
"referenza teknika" tfisser kull ħaġa li tista’ tingħata minn korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, ħlief standards Ewropej, skont proċeduri adattati għall-iżvilupp ta’…
rekwiżiti tat-tikketti
label requirements
"rekwiżiti tat-tikketti" tfisser ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mix-xogħlijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri inkwistjoni sabiex tinkiseb…
S
SME
"SME" għandha l-istess tifsira bħal dik mogħtija lilha bir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;
speċifikazzjoni teknika
technical specification
"speċifikazzjoni teknika" tfisser jew:
speċifikazzjoni teknika komuni
common technical specification
"speċifikazzjoni teknika komuni" tfisser speċifikazzjoni teknika fil-qasam tal-ICT stabbilita skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 1025/2012;
standard
"standard" tfisser speċifikazzjoni teknika, adottata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-osservanza tiegħu…
Stat Membru
Member State
"Stat Membru" tfisser stat membru tal-Unjoni Ewropea;
T
V
Valutazzjoni Teknika Ewropea
European Technical Assessment
"Valutazzjoni Teknika Ewropea" tfisser il-valutazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta’ prodott tal-kostruzzjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, skont…
VAT
"VAT" tfisser taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.