Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali

Regolament 24. Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni

Applikabbiltà

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fir-regolamenti 7 sa 13 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn ir-regolamenti jekk l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont ir-regolament 25, jistgħu juru li, f’Malta li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal dawn ir-regolamenti.

(2) L-attività kkonċernata tista’ tagħmel parti minn settur kbir jew tiġi eżerċitata biss f’ċerti partijiet ta’ Malta. L-evalwazzjoni tal-kompetizzjoni msemmija fis-subregolament (1) hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Evalwazzjoni bħal din għandha ssir b’kont meħud tas-suq għall-attivitajiet inkwistjoni u s-suq ġeografiku ta’ referenza fis-sens tas-subregolamenti (3) u (4).

(3) Għall-finijiet tas-subregolamenti (1) u (2) il-kwistjoni ta’ jekk attività hijiex esposta direttament għal kompetizzjoni għandha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ kriterji li huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-kompetizzjoni, bħal dawk il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi konċernati, l-eżistenza ta’ prodotti jew servizzi alternattivi meqjusa bħala sostitwibbli fuq in-naħa tal-provvista jew tad-domanda, il-prezzijiet u l-preżenza attwali jew potenzali ta’ aktar minn fornitur wieħed tal-prodotti jew servizzi msemmija.

(4) Is-suq ġeografiku ta’ referenza, li fuq il-bażi tiegħu hija valutata l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni, għandu jikkonsisti f’żona li fiha l-impriżi kkonċernati huma involuti fil-provvista u d-domanda ta’ prodotti jew servizzi, li fihom il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li jistgħu jiġu distinti minn żoni tal-viċinat għax, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma apprezzabilment differenti f’dawk iż-żoni. Dik l-evalwazzjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tan-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati, tal-eżistenza ta’ ostakli għad-dħul jew ta’ preferenzi tal-konsumaturi, ta’ differenzi apprezzabbli tas-sehem mis-suq tal-impriżi bejn iż-żona kkonċernata u ż-żoni tal-viċinat jew ta’ differenzi sostanzjali fil-prezz.

(5) Għall-finjiet tas-subregolamenti (1) u (2), l-aċċess għal suq għandu jitqies bħala mhux ristrett jekk Malta tkun implimentat u applikat id-dispożizzjonijet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Iskeda 3.

(6) Jekk ma jkunx jista’ jiġi preżunt aċċess ħieles għal suq partikolari fuq il-bażi tas-subregolament (5), għandu jintwera li l-aċċess għas-suq inkwistjoni huwa ħieles de facto u de jure.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Skedi li jirreferi għalihom

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.