L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 23. Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali
Applikabbiltà
(1) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal kuntratti jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża u sigurtà li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’dawn ir-regolamenti stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin
(a) ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Malta u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-użu konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;
(b) ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-impriżi ta’ Malta jew pajjiż terz;
(ċ) organizzazzjoni internazzjonali.
(2) Il-ftehim jew l-arranġamenti kollha msemmija fis-subregolament (1)(a) għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni.
(3) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża u ta’ sigurtà li l-entità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn din l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma kofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri tal-akkwist applikabbli.
Regolament ta’ qabel
22 — Kuntratti ddikjarati bħala sigrieti
Regolament li jmiss
24 — Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.