Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali

Regolament 16. Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz

Applikabbiltà

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti li l-entitajiet kontraenti jagħtu għal għanijiet, differenti mit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom kif deskritt fir-regolamenti 7 sa 13 jew għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet f’pajjiż terz, f’kundizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta’ netwerk jew ta’ żona ġeografika fl-Unjoni u ma għandhiex tapplika lanqas għal kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati għal għanijiet bħal dawn.

(2) L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, b’kull attività li huma jqisu bħala eskluża skont is-subregolment (1).

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.