L.S. 601.03 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 163. Pubblikazzjoni ta’ avviżi
Kuntratti Riżervati u Kuntratti għal Servizzi Soċjali u Servizzi Speċifiċi Oħrajn
(1) Awtoritajiet kontraenti li biħsiebhom jagħtu kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fir-regolament 162 jridu jħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-modi:
(a) għal kuntratti pubbliċi b’valur stmat li hu daqs jew jeċċeddi l-limitu stabbilit taħt il-paragrafu (d) tal-Iskeda 5:
(i) permezz ta’ avviż dwar kuntratt, li għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Iskeda 9, Taqsima H, f’konformità mal-formoli standard imsemmija fir-regolament 44; Iżda dan is-subparagrafu ma għandux japplika fejn proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel setgħet intużat f’konformità mar-regolament 54 għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz; jew
(ii) permezz ta’ notifika ta’ informazzjoni minn qabel, li għandha tiġi ppubblikata kontinwament u li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Iskeda 9, Taqsima I. In-notifika ta’ informazzjoni minn qabel għandha tirreferi b’mod speċifiku għat-tipi ta’ servizzi li ser ikunu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Hija għandha tindika li l-kuntratti ser jingħataw mingħajr aktar pubblikazzjoni u tistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub.
(b) għal kuntratti pubbliċi b’valur stmat li hu inqas mil-limitu stabbilit taħt il-paragrafu (d) tal-Iskeda 5 billi tiġi pubblikata fis-sistema tal-akkwist elettroniku tal-gvern.
(2) Fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi b’valur stmat li hu daqs jew jeċċedi l-limitu stabbilit taħt il-paragrafu (d) tal-Iskeda 5 awtoritajiet kontraenti li taw kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fir-regolament 162 għandhom iħabbru r-riżultati tal-proċedura tal-akkwist permezz ta’ avviż dwar għoti ta’ kuntratt, li għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Iskeda 9, Taqsima J, f’konformità mal-formoli standard imsemmija fir-regolament 44. Madanakollu jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, huma għandhom jibagħtu l-avviżi miġbura fi żmien tletin jum mit-tmiem ta’ kull trimestru.
(3) L-avviżi msemmijin f’dawn ir-regolamenti għandhom jiġu ppubblikati skont ir-refgolament 44.
Referenzi
Jirreferu għalih
Regolament ta’ qabel
162 — Kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn
Regolament li jmiss
164 — Prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.