Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist

Regolament 116. Avviż dwar kuntratt u limitu ta’ żmien

Proċedura Miftuħa

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1)

(a) Sejħa għall-kompetizzjoni b’valur stmat li jaqa’ taħt il-limitu stabbilit fir-regolament 9(1)(b) ikollha limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti ta’ ħamsa u tletin jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

(b) Meta l-valur stmat ta’ sejħa għall-offerti jkun daqs jew jeċċedi l-valur fl-Iskeda 5 din is-sejħa għandha ssir permezz ta’ avviż ta’ kuntratt u l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu (a) għandu jibda’ mid-data li fiha l-avviż ta’ kuntratt ikun intbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(ċ) L-offerta għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni għas-selezzjoni kwalitattiva li tkun mitluba mill-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa.

(2) Meta awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jkunu diġà ppubblikaw avviż informattiv minn qabel, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitqassar għal ħmistax-il jum, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-avviż informattiv minn qabel inkluda l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-avviż dwar kuntratt fis-sezzjoini I tat-taqsima B tal-Iskeda 9, sa fejn dik l-informazzjoni kienet disponibbli fiż-żmien li ġie ppubblikat l-avviż informattiv minn qabel;

(b) l-avviż informattiv minn qabel intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn ħamsa u tletin jum u tnax-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

(3) Fejn stat ta’ urġenza debitament sostanzjat jirrendi bħala imprattikabbli l-limitu ta’ żmien stabbilit fis-subregolament (1), l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tista’, tistabbilixxi limitu ta’ żmien li ma għandux ikun inqas minn ħmistax (15)-il ġurnata mid-data li fiha l-avviż tal-kuntratt intbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mid-data ta’ meta l-offerta tkun ġiet pubblikata kif ikun il-każ.

(4) L-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tista’ wkoll tnaqqas b’ħamest ijiem il-limitu ta’ żmien għall-wasla ta’ offerti stabbiliti fis-subregolament (1) meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mar-regolament 48(1), (2) u (10).

(5) Fil-każ ta’ kuntratt b’valur stmat li hu inqas mil-limitu stabbilit taħt ir-regolament 9(1)(a), il-limitu ta’ żmien minimu biex jiġu riċevuti offerti għandu jkun ta’ għoxrin jum mid-data ta’ meta l-offerta ġiet pubblikata: Iżda l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tista’ tnaqqas dan il-limitu ta’ żmien għal ħmistax (15)-il ġurnata f’każijiet ta’ urġenza estrema.

Emendat b’A.L. 195 tal-2019

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Skedi li jirreferi għalihom

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.