L.S. 601.03 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 117. Eżami ta’ offerti fi proċeduri miftuħa
Proċedura Miftuħa
Fil-proċeduri miftuħa, l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw l-offerti qabel ma jiġu vverifikati n-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla skont it-Taqsima VI u r-regolamenti 217, 226, 230, 231, 232, 233, 234 u 235. Fejn jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà, huma għandhom jiżguraw li l-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni u l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla titwettaq b’mod imparzjali u trasparenti sabiex l-ebda kuntratt ma jingħata lil offerent li kellu jiġi eskluż skont it-Taqsima VI jew li ma jissodisfax il-kriterji ta’ għażla stipulati mill-awtoriità kontraenti.
Regolament ta’ qabel
116 — Avviż dwar kuntratt u limitu ta’ żmien
Regolament li jmiss
118 — Proċedura ristretta
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.