L.S. 601.03 · Taqsima VII · Għażla ta’ Parteċipanti u Għoti ta’ Kuntratti
Regolament 231. Mezzi ta’ prova dwar qagħda finanzjarja
Kriterji tal-Għażla
(1) Bħala regola ġenerali, il-prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-operatur ekonomiku tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ waħda jew aktar mir-referenzi li ġejjin:
(a) dikjarazzjonijiet xierqa minn banek, jew, fejn xieraq, prova tal-assigurazzjoni ta’ indennizz għar-riskju professjonali rilevanti;
(b) il-preżentazzjoni ta’ rendikonti finanzjarji jew estratti mir-rendikonti finanzjarji, fejn il-pubblikazzjoni tar-rendikonti finanzjarji tkun meħtieġa skont il-liġi tal-pajjiż li fih l-operatur ekonomiku jkun stabbilit;
(ċ) dikjarazzjoni tal-fatturat ġenerali tal-impriża u, fejn xierqa, tal-fatturat fil-qasam kopert mill-kuntratt għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli, jiddependi mid-data li fiha ġiet stabbilita l-impriża jew li fiha l-operatur ekonomiku beda l-attività, sa fejn l-informazzjoni dwar dawn il-fatturati tkun disponibbli.
(2) Fejn, għal kwalunkwe raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, jista’ jagħti prova tal-qagħda ekonomika u finanzjarja permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tqis bħala adatt.
Regolament ta’ qabel
230 — Mezzi ta’ prova fir-rigward tal-esklużjoni jew il-black listing ta’ operaturi ekonomiċi
Regolament li jmiss
232 — Mezzi ta’ prova tal-abbiltajiet tekniċi
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.