Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima VII · Għażla ta’ Parteċipanti u Għoti ta’ Kuntratti

Regolament 234. Standards ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ ġestjoni ambjentali

Kriterji tal-Għażla

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) L-awtoritajiet kontraenti għandhom, fejn jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati maħruġin minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ garanzija tal-kwalità, ukoll dwar l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità, jirreferu għas-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità bbażati fuq is-serje ta’ standards Ewropej rilevanti ċċertifikati minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Għandhom ukoll jaċċettaw evidenza oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ garanzija tal-kwalità fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ma kellux il-possibbiltà li jikseb tali ċertifikati fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li l-miżuri ta’ garanziji tal-kwalità jikkonformaw mal-istandards ta’ garanziji tal-kwalità meħtieġa.

(2) Fejn l-awtoritajiet kontraenti jesiġu li jiġu pprovduti ċertifikati mfassla minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti sistemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, huma għandhom jirreferu għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Ambjent u Verifika (EMAS) tal-Unjoni jew għal sistemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn kif rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jew standards oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti minn korpi akkreditati. Huma għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

(3) Fejn operatur ekonomiku seta’ juri li ma għandux aċċess għaċ-ċertifikati msemmija fis-subregoloament (2), jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli.

Referenzi

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.