Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.07 · Taqsima III · Regoli applikabbli għas-subkuntrattar

Regolament 53. Limiti minimi u regoli dwar ir-ireklamar

Kapitolu I Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li ma jkunux awtoritajiet jew entitajiet kontraenti

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 25 ta’ Ottubru 2011. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Meta offerent li jingħata kuntratt li ma jkunx awtorità jew entità kontraenti jagħti subkuntratt li għandu valur mingħajr VAT stmat li ma jkunx inqas mil-limiti minimi msemmija fir-regolament 9, hu għandu jgħarraf l-intenzjoni tiegħu permezz ta’ avviż.

(2) L-avviżi fuq is-subkuntratti għandu jkollhom it-tagħrif imsemmi fl-Iskeda IV u kull tagħrif ieħor meqjus utli mill-offerent li jingħata kuntratt, jekk meħtieġ bl-approvazzjoni tal-awtorità jew entità kontraenti.

(3) L-avviżi dwar is-subkuntratti għandhom ikunu miktuba skont il-forma standard adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2) tad-Direttiva 2009/81/KE.

(4) L-avviżi dwar subkuntratti għandhom ikunu ppubblikati skont ir-regolamenti 33(2) sa (8).

(5) L-avviż ta’ kuntratt m’għandhux ikun meħtieġ, meta subkuntrattur jirrispetta l-kondizzjonijiet tar-regolament 29.

(6) L-offerenti li jingħataw kuntratt jistgħu jippubblikaw, taħt ir-regolament 33, avviżi dwar subkuntratti li għalihom ma jkunx meħtieġ reklamar.

(7) L-awtoritajiet jew entitatijiet kontraenti jistgħu wkoll jipprovdu li offerent li jingħata kuntratt jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tas-subkuntrattar stabbiliti fir-regolamenti 22(3) jew (4) sa (9) billi jingħataw subkuntratti abbażi ta’ ftehim qafas iffinalizzat mir-regoli li ġejjin stipulati fir-regolamenti 52 u 54 u fis-subregolamenti (1) sa (7) ta’ dan ir-regolament.

(8) Is-subkuntratti bbażati fuq ftehim qafas bħal dan għandhom jingħataw fi ħdan il-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas. Dawn jistgħu jingħataw biss lil operaturi ekonomiċi li oriġinarjament kienu parti għall-ftehim qafas. Meta jingħataw il-kuntratti, il-partijiet għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jipproponu termini konsistenti ma’ dawk tal-ftehim qafas. (9 It-terminu tal-ftehim qafas ma jistax ikun itwal minn seba’ snin, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali determinati billi jitqiesu t-tul tas-servizz mistenni ta’ kull oġġett, istallazzjoni jew sistema mwassla, u d-diffikultajiet tekniċi li bidla fil-fornitur tista’ toħloq.

(10) L-istrumenti ta’ ftehim qafas ma jistgħux jintużaw b’mod mhux korrett jew b’mod li l-kompetizzjoni tiġi evitata, ristretta jew distorta.

(11) Għall-għoti ta’ subkuntratti li jkollhom valur, eskluża l-VAT, stmat li jkun anqas mil-limiti minimi stabbiliti fir-regolament 9, offerent li jingħata kuntratt għandu japplika l-prinċipji tat-Trattat rigward trasparenza u kompetizzjoni.

(12) Ir-regolament 10 għandu japplika għall-kalkolu tal-valur stmat tas-subkuntratti.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.