Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti

Regolament 22. Subkuntrattar

Kapitolu IV Regoli preċiżi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 25 ta’ Ottubru 2011. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) L-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jkun liberu li jaċċetta s-subkuntratturi tiegħu għas-subkuntratti kollha li ma jkunux koperti mir-rekwiżiti msemmija fis-subregolament (3) u (4), u m’għandux, b’mod partikolari, jkun meħtieġ jiddiskrimina kontra subkuntratturi potenzjali fuq il-bażi tan-nazzjonalità.

(2) L-awtorità jew entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru biex titlob lill-offerent:

(a) biex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem tal-kuntratt li huwa jista’ jkollu l-ħsieb li jissubkuntratta lil partijiet terzi u kwalunkwe subkuntrattur propost kif ukoll is-suġġett tas-subkuntratti li għalihom jiġu proposti; u jew

(b) biex jindikaw kwalunkwe bidla li sseħħ fil-livell tas-subkuntratturi waqt eżekuzzjoni tal-kuntratt.

(3) L-awtorità jew entità kontraenti tista’ tobbliga jew tista’ tinħtieġ minn Stat Membru biex jobbliga lil min jingħata l-kuntratt biex japplika d-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu III għas-subkuntratti kollha jew għal uħud minnhom li l-offerent li ngħata l-kuntratt ikollu l-ħsieb li jagħti lil partijiet terzi.

(4) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex l-awtorità jew entità kontraenti tkun tista’ titlob jew tkun meħtieġa li titlob lill-offerent li ngħata l-kuntratt sabiex jissubkuntratta parti mill-kuntratt lil partijiet terzi. L-awtorità jew entità kontraenti li timponi dan is-subkuntrattar għandha tesprimi din il-perċentwali minima f’forma ta’ firxa ta’ valuri, li tinkludi perċentwali minima u oħra massima. Il-perċentwali massima ma tistax taqbeż it-30% tal-valur tal-kuntratt. Din il-firxa għandha tkun proporzjonata għas-suġġett u l-valur tal-kuntratt u n-natura tas-settur tal-industrija involut, inklużi l-livell ta’ kompetizzjoni f’dak is-suq u l-kapaċitajiet tekniċi relevanti tal-bażi industrijali.

(5) Kwlaunkwe perċentwali ta’ subkuntrattar li taqa’ fil-firxa ta’ valuri indikati mill-awtorità jew entità kontraenti għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżit ta’ subkuntrattar stipulat fis-subregolament (4).

(6) L-offerenti jistgħu jipproponu li jissubkuntrattaw parti mill-valur totali li taqbeż il-firxa meħtieġa mill-awtorità jew entità kontraenti.

(7) L-awtorità jew entità kontraenti għandha titlob lill-offerenti biex jispeċifikaw, fl-offerta tagħhom, liema parti(jiet) tal-offerta tagħhom bi ħsiebhom jissubkuntrattaw biex jiġi sodisfat ir-rekwiżit imsemmi fis-subregolament (1).

(8) L-awtorità jew entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tinħtieġ minn Stat Membru li titlob lill-offerenti biex jispeċifikaw ukoll liema parti jew partijiet tal-offerta tagħhom bi ħsiebhom jissubkuntrattaw minbarra l-perċentwali meħtieġa, kif ukoll is-subkuntratturi li diġà identifikaw.

(9) L-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jagħti subkuntratti li jikkorrispondu għall-perċentwali li l-awtorità jew entità kontraenti teħtieġu li jissubkuntratta skont id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsima III.

(10) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jistgħu jirrifjutaw is-subkuntratturi magħżula mill-offerent fl-istadju tal-għoti tal-kuntratt ewlieni jew minn min jingħata l-kuntratt waqt it-twettiq tal-kuntratt; tali rifjut jista’ jkun ibbażat biss fuq kriterji applikati għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt ewlieni Jekk l-awtorità jew entità kontraenti tirrifjuta subkuntrattur, għandha tipproduċi ġustifikazzjoni bil-miktub lill-offerent jew lill-offerent li jingħata l-kuntratt, fejn tistipula r-raġuni li għaliha tqis li s-subkuntrattur ma jissodisfax il-kriterji.

(11) Ir-rekwiżiti msemmija fis-subregolamenti (2) sa (5) għandhom jiġu indikati fl-avviżi tal-kuntratt.

(12) Is-subregolamenti (1) sa (5) għandhom ikunu bla ħsara għall-kwistjoni tar-responsabbilità tal-operatur ekonomiku prinċipali.

Referenzi

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.