L.S. 601.07 · Taqsima III · Regoli applikabbli għas-subkuntrattar
Regolament 54. Il-kriterji għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi
Kapitolu I Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li ma jkunux awtoritajiet jew entitajiet kontraenti
(1) Fl-avviż għas-subkuntratt, l-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jindika l-kriterji għal għażla kwalitattiva preskritti mill-awtorità jew entità kontraenti kif ukoll kull kriterju ieħor li ser japplika għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi. Dawn il-kriterji kollha għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u konsistenti mal-kriterji applikati mill-awtorità jew entità kontraenti għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt prinċipali. Il-kapaċitajiet meħtieġa jridu jkunu direttament relatati mas-suġġett tas-subkuntratt, u l-livelli ta’ abbiltà meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati miegħu.
(2) L-offerent m’għandux ikun meħtieġ jissubkuntratta jekk jikkonvinċi lill-awtorità jew entità kontraenti li ħadd mis-subkuntratturi li pparteċipaw fil-kompetizzjoni jew il-proposti tagħhom ma jista’ jilħaq il-kriterji indikati fl-avviż ta’ subkuntrattar u b’hekk l-offerent li ngħata l-kuntratt ma jkunx jista’ jirrispetta r-rekwiżiti stipulati fil-kuntratt prinċipali.
Regolament ta’ qabel
53 — Limiti minimi u regoli dwar ir-ireklamar
Regolament li jmiss
55 — Regoli applikabbli
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.