L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti
Regolament 9. Ammonti tal-limiti minimi għal kuntratti
Kapitolu II Limiti minimi, korpi ċentrali ta’ xiri u esklużjonijiet Sezzjoni I Limiti minimi
(1) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-kuntratti li l-valur stmat tagħhom eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ikun mhux inqas mil-limiti minimi li ġejjin:
(a) EUR 134,000 għal kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi;
(b) EUR 5,186,000 għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.
(2) Meta l-istima tal-valur ma tkunx iżjed minn elfejn u ħames mitt euro (€2,500) it-tagħmir, provvista, xogħlijiet jew servizzi jistgħu jiġu akkwistati mid-dipartiment nnifsu jew wara li jkun kiseb il-kwotazzjonijiet jew direttament mis-suq liberu fid-diskrezzjoni tal-Kap tad-Dipartiment wara li jqis xi jkun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet tal-għażla u d-disponibbilità.
(3) Meta l-istima tal-valur tkun iżjed minn elfejn u ħames mitt euro (€2,500) iżda mhux iżjed minn erbgħin elf euro (€40,000) kull tagħmir, provvista, xogħlijiet jew servizzi jistgħu jiġu akkwistati mid-dipartiment wara li ssir sejħa għall-offerti, jew wara li jkunu nkisbu kwotazzjonijiet, jew direttament mis-suq liberu, wara li jitqies xi jkun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet tal-għażla u d-disponibbiltà, u l-akkwist għandu jiġi approvat mill-Ministru responsabbli għal dak id-dipartiment, jew minn dak il-membru tad-dipartiment li jista’ jiġi awtorizzat minn dak il-Ministru.
(4) Meta l-istima tal-valur tkun iżjed minn erbgħin elf euro (€40,000) iżda mhux iżjed minn mija u ħamsa u għoxrin elf euro (€125,000), it-tagħmir, provvista, xogħlijiet jew servizzi jistgħu jiġu akkwistati wara li ssir sejħa għall-offerti mid-dipartiment jew wara li tiġi pubblikata sejħa għall-offerti fil-Gazzetta. Dawk l-offerti kollha għandhom jinfetħu fil-pubbliku minn tliet uffiċjali anzjani ta’ dak id-dipartiment u l-prezzijiet offruti għandhom ukoll jintgħamlu pubbliċi: Iżda l-Ministru jista’ jippermetti li jiġu approvati varjazzjonijiet u l-imposizzjoni jew il-maħfra ta’ penalitajiet għar-rigward ta’ dawk il-kuntratti mill-Ministru li taħtu tkun taqa’ rresponsabbiltà għal dak id-dipartiment, li jista’ jiddelega l-awtorità tiegħu bil-miktub lis-Segretarju Parlamentari, lis-Segretarju Permanenti jew lill-Kap tad-Dipartiment.
Emendat b’A.L. 106 tal-2012 · A.L. 55 tal-2014
Regolament ta’ qabel
8 — Protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata
Regolament li jmiss
10 — Metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt u ta’ ftehim qafas
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.