L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti
Regolament 48. Kriterji għall-għoti tal-kuntratti
Sezzjoni 3 Għoti tal-kuntratt
(1) Bla ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali relatati mar-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti tal-kuntratti fuq:
(a) meta l-għoti jsir lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża fil-fehma tal-awtorità jew entità kontraenti, diversi kriterji marbuta mas-suġġett tal-kuntratt ikkonċernat: pereżempju, il-kwalità, il-prezz, il-valur tekniku, il-karatteristiċi funzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, l-ispiża tal-użu, l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-effettività f’sens ta’ nefqa, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tal-kunsinna u l-perjodu ta’ żmien għall-kunsinna jew l-eżekuzzjoni, l-interoperabilità u l-karatteristici operazzjonali; jew
(b) il-kriterju tal-prezz l-aktar baxx biss.
(2) L-awtorità jew entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (avviżi tal-kuntratti, dokumenti tal-kuntratti, dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari), l-ippeżar relattiv li hija tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula biex tiġi ddeterminata l-offerta l-aktar vantaġġjuża mill-aspett ekonomiku.
(3) L-ippeżar jista’ jiġi espress billi tingħata firxa b’estensjoni massima adegwata.
(4) Fejn, skont l-avviż tal-awtorità jew entità kontraenti, l-ippeżar mhux possibbli minħabba f’raġunijiet li jistgħu jintwerew, hija għandha tindika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (avviżi tal-kuntratti, dokumenti tal-kuntratti, dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari), il-kriterji f’ordni dekrexxenti ta’ importanza.
Regolament ta’ qabel
47 — Lista uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni mill-korpi stabbiliti taħt il-liġi li tirregola s-settur pubbliku jew is-settur privat
Regolament li jmiss
49 — Użu ta’ rkantijiet elettroniċi
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.