L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 72. Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist
Komunikazzjonijiet
(1) L-entitajiet kontraenti b’mezzi elettroniċi, joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist, b’valur stat li jaqa’ taħt l-Iskeda 5, mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont ir-regolament 66 jew mid-data li fiha tkun intbgħatet stedina għall-konferma tal-interess.
(2) Fejn ma jistax jiġu offrut l-aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist b’valur stmat li jaqa’ taħt l-Iskeda 5, minħabba waħda mir-raġunijiet stiplulati fir-regolament 70(3), l-entitajiet kontraenti jistgħu jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma ta’ interess li d-dokumenti tal-akkwist ikkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra mhux mezzi elettroniċi.
(3) Fil-każijiet imsemmija fis-subregolament (2), il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fir-regolament 91(3).
(4) Fir-rigward ta’ offerti li l-valur stmat taghom jaqa’ taħt l-Iskeda 5, fejn ma jistax jiġi offrut l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokument tal-akkwist minħabba l-fatt li l-entitajiet kontraenti għandhom l-intenzjoni li japplika d-dispozizzjoinijiet tar-regolament 62(3), huma għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma tal-interess jew, fein il-mezz li ssir sejħa għal kompetizzjoni hu avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, fid-dokumenti tal-akkwist, liema miżuri maħsuba għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni huma jesiġu u kif għandu jinkiseb l-aċċess ghad-dokumenti kkoncernati.
(5) Fil-każijiet imsemmija fis-subregolament (4), il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fir-regolament 91(3).
(6) Fejn il-mezzi għas-sejħa għal kompetizzjoni jkunu avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, dan l-aċċess għandu jiġi offrut malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn meta tintbagħat l-istedina għall-offerti jew għan-negozjar. It-test tal-avviż jew ta’ dawk l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-internet li fih ikunu aċċessibbli d-dokumenti tal-offerta.
Emendat b’A.L. 26 tal-2018
Referenzi
Skedi li jirreferi għalihom
Regolament ta’ qabel
71 — Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi
Regolament li jmiss
73 — Stediniet lill-kandidati
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.