L.S. 601.05 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 91. Limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti għal sejħa għal kompetizzjoni
(a) Sejħa għal kompetizzjoni b’valur stmat li jaqa’ taħt il-limitu stabbilit taħt ir-regolament 30(b) għandu jkollha limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti li għandu jkun ta’ ħamsa u tletin jum mid-data tal-pubblikazzjoni.
(b) Meta l-valur stmat ta’ sejħa għal offerta jilħaqjew jaqbeż il-valur imsemmi fl-Iskeda 5, din is-sejħa għandha ssir permezz ta’ avviż ta’ kuntratt u l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu (a) għandu jibda’ jiddekorri mid-data ta’ meta l-avviż ta’ kuntratt ikun intbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(ċ) L-offerta għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li tkun mitluba mill-entità kontraenti.
(2) Meta l-entitajiet kontraenti jkunu ppubblikaw avviż perjodiku indikattiv, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti, kif stabbilit fis-subregolament (1)(a), jista’ jitqassar għal ħmistax-il ġurnata, sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a) l-avviż perjodiku indikattiv inkluda, minbarra l-informazzjoni meħtiega mis-sezzjoni I tat-Taqsima A tal-Iskeda 8, l-informazzjoni kollha meħtieġa mis-sezzjoni II tat-Taqsima A tal-Iskeda 8, sa fejn din l-informazzjoni msemmija l-aħħar kienet disponibbli fiż-żmien meta ġie ppubblikat l-avviż perjodiku indikattiv;
(b) l-avviż perjodiku indikattiv intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn ħamsa u tletin jum u tnax-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.
(ċ) l-offerta għandha tkun akkumpanjata mill- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li tkun mitluba mill-entità kontraenti.
(3) Fejn stat ta’ urġenza ssostanzjat debitament mill-entità kontraenti jrendi bħala imprattikabbli l-limitu ta’ żmien stabbilit fis-subregolament (1)(a), din tista’, bl-approvazzjoni tad-Direttur, tistabbilixxi limitu ta’ żmien li ma għandux ikun inqas minn ħmistax-il jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
(4) L-entità kontraenti tista’ tnaqqas b’ħamest ijiem il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti stabbiliti fis-subregolament (1)(a) meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’mezzi elettroniċi skont ir-regolament 70(9) sa (14).
(5) Fil-każ ta’ kuntratt b’valur stmat li jkun anqas mil-limitu stabbilit taħt ir-regolament 30(1)(a), il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ għoxrin ġurnata mid-data li fiha ġiet ippubblikata l-offerta: Iżda dan il-limitu ta’ żmien jista’ jitnaqqas għal ħmistax-il ġurnata f’każijiet ta’ urġenza estrema bl-approvazzjoni minn qabel tal-kap tal-entità kontraenti.
Emendat b’A.L. 26 tal-2018
Referenzi
Regolament ta’ qabel
90 — Proċedura Miftuħa
Regolament li jmiss
92 — Eżami ta’ offerti f’proċeduri miftuħa
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.