Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.05 · Skedi

Skeda 8. Data li għandha titniżżel fl-Avviżi Indikattivi Perjodiċi

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

Taqsima A

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviż Indikattiv Perjodiku (Regolament 63)

I. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-każijiet kollha

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2. L-attività ewlenija mwettqa.

3. (a) Għal kuntratti ta’ provvista: in-natura u l-kwantità jew il-valur tas-servizzi jew prodotti li għandhom jiġu pprovduti (Kodiċi CPV).

(b) Għal kuntratti ta’ xogħol: in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, il-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol jew tal-lottijiet b’referenza għax-xogħol (Kodiċi CPV).

(ċ) Għal kuntratti ta’ servizz: l-akkwist totali maħsub f’kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi previsti (Kodiċi CPV).

4. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej.

5. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

II. Tagħrif addizzjonali li għandu jiġi pprovdut fejn l-avviż jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew jippermetti t-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien li fih għandhom jiġu riċevuti l-offerti

6. Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità bl-interess tagħhom fil-kuntratt jew kuntratti.

7. Indirizz tal-posta elettronika jew fuq l-internet li fih ser ikunu disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas. Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fir-regolament 72(2) u (4), indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.

8. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.

9. Limitu ta’ żmien biex jiġu riċevuti applikazzjonijiet għal stedina għal offerta jew għan-negozjar.

10. In-natura u l-kwantità tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti jew in-natura ġenerali tax-xogħol jew tal-kategorija tas-servizz u deskrizzjoni, li tiddikjara jekk il-ftehim(iet) ta’ qafas huwiex/humiex previst(i), inkluża kwalunkwe għażla għal akkwist ulterjuri u ż-żmien stmat disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba kien hemm tiġdid, jekk kien hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, ukoll, stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni. Dikjarazzjoni dwar jekk humiex involuti xiri, kiri, xiri bil-kiri jew xi taħlita tagħhom.

11. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tal-kunsinna jew tat-twettiq f’każ ta’ provvisti u ta’ servizz; jekk il-kuntratt hu maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.

12. Limiti ta’ żmien għall-kunsinna jew it-twettiq jew id-dewmien ta’ kuntratt ta’ servizz u, sa fejn dan ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.

13. L-indirizz li fuqu l-intrapriżi interessati għandhom jibagtu l-espressjonijiet ta’ interess tagħhom bil-miktub.

14. Limitu ta’ żmien għall-wasla ta’ espressjonijiet ta’ interess.

15. Il-lingwa jew lingwi awtorizzati għall-preżentazzjoni ta’ kandidaturi jew offerti.

16. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi, u garanziji finanzjarji u tekniċi meħtieġa mill-fornituri.

17. (a) Id-data stmata għat-tnedija tal-proċeduri tal-akkwist fir-rigward tal-kuntratt jew kuntratti (jekk din tkun magħrufa);

(b) It-tip ta’ proċedura tal-akkwist (proċeduri ristretti, kemm jekk jinvolvu

sistema dinamika ta’ xiri jew le, jew proċeduri nnegozjati).

18. Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.

19. Fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk:

(a) hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,

(b) hijiex ser tintuża ordni elettronika,

(ċ) huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,

(d) huwiex ser ikun aċċettat ħlas elettroniku.

20. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien biex jitressqu l-appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

21 Fejn dawn ikunu magħrufa, il-kriterji msemmija fir-regolament 170 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, għandhom jissemmew fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet, jew mhumiex ser jiġu indikati fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fl-istedina għall-offerti għan-negozjar.

Taqsima B

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi dwar Pubblikazzjonij ta’ Avviż Indikattiv Perjodiku fuq Profil ta’ Xerrej mhux Użat bħala Mezz ta’ Sejħa għal Kompetizzjoni (Regolament 63)

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.

2. L-attività ewlenija mwettqa.

3. Kodiċijiet CPV.

4. L-indirizz fuq l-Internet tal-"profil ta’ xerrej" (URL).

5. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel fuq il-profil ta’ xerrej.

Emendat b’A.L. 26 tal-2018

Regolamenti li jirreferu għal din l-Iskeda

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.