L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali
Regolament 55. Rapporti dwar testijiet, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova
Limiti ta’ Żmien u Speċifikazzjonijiet Tekniċi
(1) L-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu rapport tat-test minn korp għall-evalwazzjoni tal-konformità jew ċertifikat maħruġ minn tali korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mar-rekwiżiti jew kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet kuntrattwali rigward il-prestazzjoni.
(2) Fejn l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati mħejjijin minn korp għall-evalwazzjoni tal-konformità speċifiku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi għall-evalwazzjoni tal-konformità ekwivalenti oħrajn.
(3) L-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom jaċċettaw mezzi adatti oħra ta’ prova li huma differenti minn dawk imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2), bħal dossier tekniku tal-manifattur, fejn l-operatur ekonomiku konċernat ma kellux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti dwar l-ittestjar imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2), jew l-ebda possibilità li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess mhuwiex attribwibbli għall-operatur ekonomiku konċernat u sakemm l-operatur ekonomiku jagħti prova li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huwa jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kondizzjonijiet kuntrattwali rigward il-prestazzjoni.
Referenzi
Jirreferu għalih
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.