L.S. 601.03 · Taqsima VII · Għażla ta’ Parteċipanti u Għoti ta’ Kuntratti
Regolament 237. Tnaqqis fin-numru ta’ kandidati li mod ieħor huma kwalifikati biex jiġu mistiedna jipparteċipaw
Tnaqqis fin-Numru ta’ Kandidati, Offerenti u Soluzzjonijiet
(1) Fi proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv u sħubijiet għall-innovazzjoni, b’valur stmat li jaqa taħt ir-regolament 9(1)(b), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla li ser jistiednu għall-offerti jew sabiex imexxu djalogu, dment li jkun disponibbli n-numru minimu, f’konformità mas-subregolament (2), ta’ kandidati kwalifikati.
(2) Fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw il-kriterji jew ir-regoli oġġettivi u mhux diskriminatorji li beħsiebhom japplikaw, in-numru minimu ta’ kandidati li beħsiebhom jistiednu, u fejn dan ikun adegwat, in-numru massimu.
(3) Fil-proċedura ristretta, in-numru minimu ta’ kandidati għandu jkun ħamsa. Fil-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, fil-proċedura ta’ djalogu kompetittiv u fis-sħubija għall-innovazzjoni, in-numru minimu ta’ kandidati għandu jkun tlieta. Fi kwalunkwe każ, in-numru ta’ kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.
(4) L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu numru ta’ kandidati tal-inqas daqs in-numru minimu. Madankollu, fejn in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u l-livell minimu ta’ abbiltà, kif imsemmi fir-regolament 224, ikun inqas min-numru minimu, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden il-kandidati bil-kapaċitajiet meħtieġa. Fil-kuntest tal-istess proċedura, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tinkludi operaturi ekonomiċi li ma talbux li jieħdu sehem, jew kandidati li ma għandhomx il-kapaċitajiet meħtieġa.
Regolament ta’ qabel
236 — Listi uffiċjali
Regolament li jmiss
238 — Tnaqqis fin-numru ta’ offerti u soluzzjonijiet
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.