Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima V · Aggregazzjoni ta’ Akkwist

Regolament 175. Regoli applikabbli

Sistemi Dinamiċi ta’ Xiri

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Sabiex isir akkwist taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom isegwu r-regoli tal-proċedura ristretta kif applikabbli.

(2) Il-kandidati kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla għandhom jitħallew jużaw is-sistema, u n-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu ammessi għas-sistema ma għandux ikun limitat skont ir-regolament 237. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jkunu qasmu s-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi skont ir-regolament 174(3), huma għandhom jispeċifikaw il-kriterji ta’ selezzjoni applikabbli għal kull kategorija.

(3) Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 118 sa 122:

(a) il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ tletin jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew meta s-sejħa għall-kompetizzjoni tiġi pubblikata, kif ikun il-każ. Ma għandu japplika ebda limitu ta’ żmien ieħor għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni ladarba l-istedina għal offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri tkun intbagħtet;

(b) il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun ta’ għaxart ijiem mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta u r-regolament 121(2) u (3) m’għandux japplika.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.