L.S. 601.03 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 121. Riċevuta tal-offerti
Proċedura Ristretta
(1) Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti minn kandidati xierqa għandu jkun ta’ tletin jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.
(2) Meta awtoritajiet kontraenti jkunu ppubblikaw avviż informattiv minn qabel, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti kif imfisser fis-subregolament (1) jista’ jitqassar għal għaxart ijiem, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) l-avviż informattiv minn qabel inkluda l-informazzjoni kollha rikjesta fis-sezzjoni I tat-taqsima B tal-Iskeda 9, sa fejn dik l-informazzjoni kienet disponibbli fiż-żmien li ġie ppubblikat l-avviż informattiv minn qabel;
(b) l-avviż informattiv minn qabel intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn ħamsa u tletin jum u tnax-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.
(3) Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti speċifikat fis-subregolament (1) jista’ jitnaqqas b’ħamest ijiem fejn l-awtorità kontraenti taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mar-regolament 48(1) sa (6), (10), (11) u (12) sa (14).
Referenzi
Dan ir-regolament jirreferi għal
Skedi li jirreferi għalihom
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.