Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima V · Aggregazzjoni ta’ Akkwist

Regolament 173. Ftehim qafas ma bosta operaturi ekonomiċi

Ftehim Qafas

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Fejn ftehim qafas jigi konkluż ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed, dak il-ftehim qafas għandu jsir b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) skont it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim qafas, mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni, fejn dan jistabbilixxi t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti kkonċernati u l-kondizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta’ liema mill-operaturi ekonomiċi, li kienu parti fil-ftehim qafas, għandhom iwettquhom; dawn il-kondizzjonijiet tal-aħħar għandhom jiġu indikati fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas;

(b) fejn il-ftehim qafas jistipula t-termini kollha li jirregolaw il-provvista tax-xogħlijiet, servizzi u provvisti kkonċernati, parzjalment mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni skont il-paragrafu (a) u parzjalment bil-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fost l-operaturi ekonomiċi li huma parti fil-ftehim qafas skont il-paragrafu (ċ), fejn tali possibbiltà ġiet stipulata mill-awtoritajiet kontraenti fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas: Iżda l-għażla dwar jekk xogħlijiet, servizzi jew provvisti speċifiċi jiġux akkwistati wara li l-kompetizzjoni tkun infetħet mill-ġdid jew direttament skont it-termini stipulati fil-ftehim qafas għandha ssir skont kriterji oġġettivi, li għandhom ikunu stipulati fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas. Dawn id-dokumenti ta’ akkwist għandhom jispeċifikaw ukoll liema termini jistgħu jkunu soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni: Iżda wkoll il-possibbiltajiet previsti taħt il-paragrafu (b) għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe lott ta’ ftehim qafas li għalih ikunu stabbiliti t-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, is-servizzi u l-provvisti kkonċernati fil-ftehim qafas, irrispettivament minn jekk it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, tas-servizzi u tal-provvisti kkonċernati taħt lottijiet oħrajn ikunux ġew stabbiliti;

(ċ) fejn mhux it-termini kollha li jirregolaw il-forniment tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti huma stabbiliti fil-ftehim qafas, billi terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-partijiet ta’ operaturi ekonomiċi għall-ftehim qafas.

(2) Il-kompetizzjonijiet msemmijin fis-subregolament (1)(b) u (ċ) għandhom ikunu bbażati fuq l-istess termini kif applikati għall-għoti tal-ftehim qafas u, fejn neċessarju, fuq termini formulati bi preċiżjoni akbar, u fejn dan ikun xieraq, fuq termini oħra msemmija fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas, skont il-proċedura li ġejja:

(a) għal kull kuntratt li għandu jingħata, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi li kapaċi jwettqu l-kuntratt;

(b) l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien li huwa twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu sottomessi offerti għal kull kuntratt speċifiku, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni fatturi bħall-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ sabiex jintbagħtu l-offerti;

(ċ) l-offerti għandhom jiġu sottomessi bil-mitkub, u l-kontenut tagħhom ma għandux jinqara qabel ma jkun skada l-limitu ta’ żmien stipulat għat-tweġiba;

(d) l-awtoritajiet responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandhom jagħtu kull kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fid-dokumenti ta’ akkwist għall-ftehim qafas.

Referenzi

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.