L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali
Regolament 43. Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratti
Pubblikazzjoni
(1) Mhux aktar tard minn tletin jum wara l-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas, li huwa sussegwenti għad-deċiżjoni dwar l-għoti jew il-konklużjoni tiegħu, l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha tibagħat avviż dwar kuntratt bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist.
(2) L-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Iskeda 9 taqsima D u għandu jiġi ppubblikat skont ir-regolament 44.
(3) Fil-każ ta’ ftehim qafas konklużi skont ir-regolamenti 167 sa 173, l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa ma għandhiex tkun marbuta li tibgħat avviż bir-riżultati tal-proċedura ta’ akkwist għal kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim: Iżda l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha tirraggruppa l-avviżi tar-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għall-kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha tibgħat l-avviżi raggruppati fi żmien tletin jum minn tmiem kull trimestru.
(4) L-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha tibagħat avviż tal-għotja ta’ kuntratti fi żmien tletin jum mill-għoti ta’ kull kuntratt ibbażat fuq sistema dinamika ta’ xiri. Madanakollu, jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, hija għandha tibagħat l-avviżi miġburin flimkien fi żmien tletin jum mit-tmiem ta’ kull trimestru.
(5) Ċerta informazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas tista’ ma titħalliex tiġi ppubblikata fejn il-pubblikazzjoni tkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku, pubbliku jew privat partikolari, jew fejn din tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi ekonomiċi.
Referenzi
Skedi li jirreferi għalihom
Regolament ta’ qabel
42 — Avviżi dwar kuntratti
Regolament li jmiss
44 — Forma u mod ta’ pubblikazzjoni ta’ avviżi
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.