L.S. 601.09 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 21. Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta
Impriżi konġunti
Minkejja d-dispożizzzjonijet tar-regolament 22, jekk l-impriża konġunta tkun twaqqfet sabiex twettaq l-attività konċernata fuq perijodu ta’ mill-anqas tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti, li jifformawha, ser jibqgħu parti minnha għal mill-inqas l-istess perijodu dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet mogħtija minn kwalunkwe minn dawn:
(a) impriża konġunta, iffurmata esklussivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bil-għan li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Iskeda 4, għal waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti, jew
(b) entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.
Regolament ta’ qabel
20 — Limitazzjoni fuq nuqqas ta’ applikabbiltà lil impriżi assoċjati u impriżi konġunti
Regolament li jmiss
22 — Konċessjonijiet bejn entitajiet fis-settur pubbliku
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.