L.S. 601.09 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 20. Limitazzjoni fuq nuqqas ta’ applikabbiltà lil impriżi assoċjati u impriżi konġunti
L-Awtorità Kontraenti u Entità Kontraenti
(1) Id-dispożizzzjonijet tar-regolament 19 għandhom japplikaw lil:
(a) konċessjonijiet ta’ servizzi dment li tal-inqas tmenin fil-mija tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata matul it-tliet snin preċedenti, b’kont meħud tas-servizzi kollha pprovduti minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;
(b) konċessjonijiet ta’ xogħol dment li tal-inqas tmenin fil-mija tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, matul it-tliet snin preċedenti b’kont meħud tax-xogħol kollu pprovdut minn dik l-impriża, ikun ġej mill-forniment ta’ xogħol lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom.
(2) Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot l-impriża affiljata jew meta bdiet l-attivitajiet, il-fatturat ma jkunx disponibbli għat-tliet snin ta’ qabel, ikun biżżejjed li dik l-impriża turi li l-fatturat imsemmi fis-subregolament (1)(a) jew (b), ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet kummerċjali.
(3) Fejn aktar minn impriża waħda affiljati mal-entità kontraenti, li magħha jifformaw grupp ekonomiku, tipprovdi l-istess servizzi jew xogħlijiet, jew simili, il-perċentwali msemmija fis-subregolament (1) għandhom jiġu kkalkolati billi jitqies il-fatturat totali li jkun ġej mill-forniment tas-servizzi jew tax-xogħlijiet rispettivament minn dawk l-impriżi affiljati.
Regolament ta’ qabel
19 — Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ konċessjonijiet mogħtija lil impriżi assoċjati u impriżi konġunti
Regolament li jmiss
21 — Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.