Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.09 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali

Regolament 16. Obbligi tal-awtorità kontraenti u entità kontraent

L-Awtorità Kontraenti u Entità Kontraenti

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 17 ta’ Mejju 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandu jkollhom id-dmir li:

(a) josservaw dawn ir-regolamenti;

(b) jiksbu l-kunsens minn qabel tad-Direttur bil-miktub qabel ma jippubblikaw dokument ta’ konċessjoni;

(ċ) jippubblikaw konċessjonijiet permezz ta’ pjattaforma tal-akkwist elettoniku tal-gvern sakemm ma jkunx approvat mod ieħor bil-miktub mid-Direttur: Iżda meta d-Direttur japprova l-pubblikazzjoni tal-imsemmi dokument ta’ konċessjonijiet permezz ta’ mezzi oħra għajr il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku, l-awtorità kontraenti u l-entità kontraent għandha tirreklama l-pubblikazzjoni u l-għoti tal-konċessjoni inkwistjoni fil-Gazzetta;

(d) jamministraw il-proċess li jwassal sal-għoti tal-kuntratt ta’ konċessjoni;

(e) jiftħu offerti fil-pubbliku;

(f) jippubblikaw l-ismijiet tal-offerenti u fejn applikabbli kwalunkwe prezz ikkwotat, jew permezz ta’ pjattaforma tal-akkwist elettoniku tal-gvern jew fuq in-notice board fil-bini tal-awtorità kontraenti u l-entità kontraenti;

(g) jiffirmaw, skont il-każ, il-kuntratt mal-offerent li ġie irrakkomonadat għal-għoti;

(h) iwettqu monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ akkwist, il-kuntratt li jirriżulta u r-relazzjoni kuntrattwali inkluż kull maħfra jew impożizzjoni ta’ pieni;

(i) jiżguraw li fil-prestazzjoni ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, l-operaturi ekonomiċi u s-subkuntratturi tagħhom jkunu konformi mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Iskeda 12;

(j) iħallsu xi pagamenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-kuntratt;

(k) jibgħatu kopja tal-kuntratti lid-Direttur fi żmien jumejn ta’ xogħol mid-data li dawn ġew iffirmati;

(l) jibdew u jiddefendu kull proċediment ġudizzjarju jew ta’ arbitraġġ li jista' jkun meħtieġ fir-rigward ta’ kwalunkwe kuntratt li għandu jiġi ffirmat jew li ġie iffirmat minnhom;

(m) jinnotifikaw, lill-Kummissjoni jekk il-Kummissjoni hekk titlob, t-tagħrif li ġej rigward l-applikazzjoni tar-regolamenti 18, 19 u 21:

(i) l-ismijiet tal-impriżi jew l-impriżi konġunti konċernati;

(ii) in-natura u l-valur tal-konċessjonijiet involuti;

(iii) provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni, li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħatat il-konċessjonijiet u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tar-regolamenti 17 sa 21.

(2) Fit-trasmissjoni tat-talba għall-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur kif stabbilit fis-subregolment (1)(b), l-awtorità kontraenti u l-entità kontraenti għandha tinkudi dan li ġej:

(a) kopja tad-dokument propost ta’ konċessjonijiet;

(b) fejn il-proċess ikun maqsum f’ħafna stadji, kopja tad-dokument ta’ konċessjonijiet li tkun ser tintuża matul il-proċess; u

(ċ) lista ta’ persuni li se jkunu involuti fil-proċess.

(3) Meta entità kontraenti jew entità kontraenti ma tkunx elenkata taħt kwalunkwe skeda, hija jkollha l-istess obbligi bħal dawk ta’ awtorità elenkata fl-Iskeda 1.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Skedi li jirreferi għalihom

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.