L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti
Regolament 50. Offerti anormalment baxxi
Sezzjoni 3 Għoti tal-kuntratt
(1) Jekk, għal kuntratt determinat, xi offerti jidhru anormalment baxxi meta mqabbla mal-provvisti, l-awtorità jew entità kontraenti, qabel ma tkun tista’ tirrifjuta dawn l-offerti, għandha titlob, bil-miktub, id-dettalji rigward l-elementi li jiffurmaw l-offerta li hija tqis rilevanti.
(2) Id-dettalji meħtieġa skont is-subregolament (1) jistgħu jikkonċernaw partikolarment:
(a) l-ekonomija tal-proċess ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura tal-prodotti jew tal-provvisti tas-servizzi;
(b) is-soluzzjonijiet tekniċi adottati u, jew il-kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli li għandu l-offerent biex iwettaq ix-xogħlijiet, biex jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi;
(ċ) l-oriġinalità tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi proposti mill-offerent;
(d) il-konformità mad-dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-impjiegi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ser jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista;
(e) il-possibbiltà tal-għoti ta’ għajnuna statali lill-offerent.
(3) L-awtorità jew entità kontraenti għandha tivverifika, billi tikkonsulta lill-offerent, dawn l-elementi waqt li tieħu f’konsiderazzjoni x-xhieda ppreżentata.
(4) Fejn awtorità jew entità kontraenti tinnota li offerta hija anormalment baxxa minħabba f’li l-offerent jkun kiseb għajnuna mill-Istat, hija tista’ tirrifjuta din l-offerta għal din ir-raġuni biss wara li tikkonsulta mal-offerent u jekk dan tal-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li juri, fil-limitu ta’ żmien biżżejjed stabbilit mill-awtorità jew entità kontraenti, li l-għajnuna kkonċernata kienet ingħatat legalment. Fejn l-awtorità jew entità kontraenti tirrifjuta offerta f’dawn iċ-ċirkostanzi, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan il-fatt.
Regolament ta’ qabel
49 — Użu ta’ rkantijiet elettroniċi
Regolament li jmiss
51 — Kamp ta’ applikazzjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.