L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti
Regolament 25. Obbligi relatati mat-taxxa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet għal protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol
Kapitolu IV Regoli preċiżi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt
(1) L-awtorità jew entità kontraenti tista’ tindika jew tkun obbligata mid-Direttur biex tindika fl-ispeċifikazzjonijiet, il-korp jew il-korpi li mingħandhom il-kandidati jew l-offerent jistgħu jiksbu informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-obbligi relatati mat-taxxa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol li huma fis-seħħ f’Malta, fir-reġjun, fil-lokalità jew fil-pajjiż terz li fih is-servizzi jridu jitwettqu u li għandhom ikunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq is-sit jew għas-servizzi pprovvduti matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
(2) L-awtorità jew entità kontraenti li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fis-subregolament (1) għandha titlob lill-offerenti biex jindikaw li huma kienu ħadu f’konsiderazzjoni, meta fasslu l-offerta tagħhom, l-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ikunu ser isiru x-xogħlijiet jew fejn is-servizz ikun ser jiġi pprovdut.
(3) Is-subregolament (1) għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regolament 50 li jikkonċerna l-eżami ta’ offerti anormalment baxxi.
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.