L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti
Regolament 24. Sigurtà tal-provista
Kapitolu IV Regoli preċiżi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt
(1) L-awtorità jew entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn) ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-provvista tagħha. Għal dan il-għan, l-awtorità jew entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-offerta tinkludi, inter alia, id-dettalji li ġejjin:
(a) ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità jew entità kontraenti li l-offerent ser ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-esportazzjoni, it-trasferiment u t-transitu tal-merkanzija marbuta mal-kuntratt, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun waslet għand l-Istati Membri kkonċernati;
(b) l-indikazzjoni ta’ kwlalunkwe restrizzjoni fuq l-awtorità jew entità kontraenti fir-rigward tal-iżvelar, it-trasferiment jew l-użu tal-prodotti u s-servizzi jew kwalunkwe riżultat ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, li tirriżulta mill-kontroll tal-esportazzjoni jew mill-arranġamenti ta’ sigurtà;
(ċ) ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi li l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tal-offerent jippermettulu li josserva r-rekwiżiti tal-awtorità jew entità kontraenti fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt, u impenn sabiex jiġi żgurat li l-bidliet possibbli fil-katina tal-provvista tiegħu waqt it-twettiq tal-kuntratt mhux ser jaffettwaw ħażin il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti;
(d) impenn mill-offerent li jistabbilixxi u jew iżomm il-kapaċità meħtieġa biex jissodisfa ħtiġiet addizzjonali meħtieġa mill-awtorità jew entità kontraenti li jinqalgħu bħala riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi, skont termini u kondizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma;
(e) kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun waslet mill-awtoritajiet nazzjonali tal-offerent rigward it-twettiq ta’ żidiet addizzjonali meħtieġa mill-awtorità jew entità kontraenti li jinqalgħu bħala riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi;
(f) impenn mill-offerent li jwettaq il-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma s-suġġett tal-kuntratt;
(g) impenn mill-offerent li jinforma lill-awtorità jew entità kontraenti f’ħin debitu bi kwalunkwe tibdil li jseħħ fl-organizzazzjoni tiegħu jew fl-istrateġija industrijali tiegħu li jista’ jaffettwa l-obbligi tiegħu lejn dik l-awtorità jew entità;
(h) impenn mill-offerent li jipprovdi lill-awtorità jew entità kontraenti, skont termini u kondizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma, il-mezzi kollha speċifiċi neċessarji għall-produzzjoni ta’ spare parts, komponenti, assemblies u tagħmir għall-ittestjar speċjali, inklużi disinji tekniċi, liċenzi u istruzzjonijiet għall-użu, fil-każ li ma jkunx jista’jipprovdilhom dawn l-oġġetti.
(2) L-offerent jista’ ma jkunx meħtieġ li jikseb impenn minn Stat Membru li jista’ jkun ta’ ħsara għal-libertà ta’ Stat Membru li japplika, skont il-liġi internazzjonali jew Komunitarja relevanti, il-kriterji ta’ liċenzjar nazzjonali tal-esportazzjoni, tat-trasferiment jew tat-transitu tiegħu fiċ-ċirkostanzi prevalenti fiż-żmien ta’ tali deċiżjoni ta’ liċenzjar.
Regolament ta’ qabel
23 — Sigurtà tal-informazzjoni
Regolament li jmiss
25 — Obbligi relatati mat-taxxa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet għal protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.