L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti
Regolament 45. Standards ta’ ġestjoni ambjentali
Sezzjoni 2 Kriterji għal għażla kwalitattiva
Meta l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti, fil-każijiet imsemmija fir-regolament 43(1)(f), jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti, li juru li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ ġestjoni ambjentali, huma għandhom jirriferu għas-sistema komunitarja ta’ ġestjoni ambjentali u verifika jew għall-istandards ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja jew mal-istandards Ewropej jew internazzjonali rigward iċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom jaċċettaw ukoll provi oħrajn ta’ miżuri ekwivalenti ta’ ġestjoni ambjentali mogħtija mill-operaturi ekonomiċi.
Regolament ta’ qabel
44 — Standards ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni tal-kwalità
Regolament li jmiss
46 — Dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.