L.S. 601.03 · Taqsima II · Bordijiet, Kumitati u Tribunali
Regolament 73. Twaqqif tal-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti
Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti
Għandu jkun hemm Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti għall-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Iskeda 2 u fl-Iskeda 16, li għandu jkun responsabbli għall-proċessi ta’ akkwisti pubbliċi b’valur stmat li jibda’ minn €10,000 sal-limitu stabbilit taħt ir-regolament 9(1)(a): Iżda fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti ppubblikati mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali ir-responsabbiltà tal-proċess għandu jiżdied għall-akkwisti pubbliċi li għandhom valur stmat li iżda ma taqbiżx is-seba' mija w ħamsin elf euro (€750,000).
Emendat b’A.L. 155 tal-2017 · A.L. 56 tal-2021
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.