L.S. 601.03 · Taqsima IX · Rimedji
Regolament 262. Rimedji qabel id-data tal-għeluq ta’ sejħa għal kompetizzjoni
Rimedji qabel id-Data tal-Għeluq ta’ Sejħa għal Kompetizzjoni
(1) Kandidati prospettivi u offerenti jistgħu, fl-ewwel żewġ terzi taż-żmien allokat fid-dokument tas-sejħa għat-tfigħ tal-offerti, jippreżentaw rikors b’raġunijiet quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni:
(a) sabiex iwarrbu jew jiżguraw li jitwarrbu deċiżjonijiet li jinkludu klawżoli li jkunu fid-dokument tal-akkwist u noti ta’ kjarifika li jittieħu b’mod illegali f’dan l-istadju jew li dwarhom tingħata prova li jkun impossibbli li jitwettqu; jew
(b) biex jiddeterminaw kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sottomissjoni ta’ offerta permezz tal-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern; jew
(ċ) biex jitneħħew speċifikazzjonijiet tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji diskriminatorji li jkun hemm fis-sejħa għall-kompetizzjoni, fid-dokumenti tal-akkwist, f’noti ta’ kjarifika jew f’xi dokument ieħor li jirriwarda l-proċedura dwar l-għoti ta’ kuntratt; jew
(d) biex isewwu żbalji jew biex ineħħu ambigwitajiet ta’ terminu jew klawżola partikolari mdaħħla f’sejħa għall-kompetizzjoni, fid-dokumenti tal-kuntratt, f’noti ta’ kjarifika jew f’xi dokument ieħor li jirriwarda l-proċedura dwar l-għoti ta’ kuntratt; jew
(e) biex jikkanċellaw is-sejħa għall-kompetizzjoni għar-raġuni li s-sejħa għall-kompetizzjoni tkun bi ksur ta’ xi liġi jew x’aktarx tikser xi liġi partikolari jekk titkompla.
(2) Ir-rikors għandu jkun validu biss jekk ikollu miegħu depożitu ekwivalenti għal żero punt ħamsa fil-mija (0.50%) tal-valur stmat iffissat mill-awtorità kontraenti tal-offerta sħiħa jew jekk l-offerta hi maqsuma f’lottijiet skont il-valur stmat tal-offerta ffissat mill-awtorità kontraenti għal kull lott li jrid jiġi sottomess mill-offerent, dment li f’ebda każ ma għandu d-depożitu jkun iżjed minn ħamsin elf euro (€50,000) li jista' jintradd lura kif il-Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi jista' jiddeċiedi fid-deċiżjoni tiegħu.
Emendat b’A.L. 301 tal-2019 · A.L. 196 tal-2020
Fuq dan is-sit
Regolament ta’ qabel
261 — Terminazzjoni ta’ kuntratti
Regolament li jmiss
263 — Pubblikazzjoni tar-rkors
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.