L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali
Regolament 24. Akkwisti konġunti okkażjonali
Attivitajiet ta’ Akkwist Ċentralizzat u Akkwist Konġunt
(1) Bl-approvazzjoni tad-Direttur u bla ħsara għall-kondizzjonijiet li dan tal-aħħar jista’ jimponi, awtorità kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.
(2) Meta l-valur stmat tal-akkwist b’mod konġunt jaqa’ taħt il-limitu stabbilit skont r-regolament 9(1)(b), u sakemm id-Direttur ma jaqbilx mod ieħor, il-proċedura ta’ akkwist għandha tiġi amministrata mid-Direttur.
(3) Fejn it-tmexxija ta’ proċedura ta’ akkwist titwettaq kollha kemm hi konġuntament f’isem u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti kollha kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli konġuntament li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE. Dan japplika wkoll f’każijiet fejn awtorità kontraenti waħda tamminstra l-proċedura, meta taġixxi f’isimha u f’isem l-awtoritajiet kontranti l-oħra kkonċernati.
(4) Fejn it-tmexxija ta’ proċedura ta’ akkwist ma tkunx kollha kemm hi mwettqa f’isem u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli konġntament biss għal dawk il-partijiet imwettqin konġuntament. Kull awtorità kontraenti għandha jkollha r-responsabbiltà unika li tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE fir-rigward tal-partijiet li hija tmexxi f’isimha u għan-nom tagħha.
Referenzi
Dan ir-regolament jirreferi għal
Regolament ta’ qabel
23 — Obbligi
Regolament li jmiss
25 — Akkwisti pubbliċi li jinvolvu awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.