L.S. 601.03 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 152. Ripetizzjioni ta’ xogħlijiet simili
Proċedura Negozjata
(a) Jekk il-proċedura negozjata tintuża biex titwettaq ripetizzjoni ta’ xogħlijiet simili, il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet addizzjonali possibbli u l-kondizzjonijiet li fihom se jingħataw.
(b) Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti, l-użu possibbli ta’ din il-proċedura għandu jiġi divulgat u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istima tal-ispiża totali tax-xogħlijiet jew is-servizzi sussegwenti meta japplikaw il-limiti stabbiliti fl-Iskeda 5.
(ċ) Il-proċedura negozjata għal ripetizzjoni ta’ xogħlijiet simili tista’ tintuża biss matul it-tliet snin wara li jintemm il-kuntratt oriġinali.
Regolament ta’ qabel
151 — Kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi
Regolament li jmiss
153 — Kuntratti pubbliċi ta’ provvisti
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.