L.S. 601.09 · Skedi
Skeda 7. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Konċessjoni
(Regolament 95)
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. Tip ta’ awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għandu jkun fihom offerti, l-indirizz elettroniku jew tal-internet fejn id-dokumenti tal-konċessjoni ser ikunu disponibbli għal aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas. Meta aċċess bla restrizzjoni, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas ma jkunx disponibbli fil-każijiet imsemmija fir-regolament 76(4) indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.
4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi, l-ordni tal-kobor jew il-valur indikattiv, u, fejn possibbli, it-tul tal-kuntratt. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn ikun adatt, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjonijiet.
5. Kodiċi CPV. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
6. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tat-twettiq fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ servizz; fejn il-konċessjoni hija maqsuma f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.
7. Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
(a) fejn ikun adatt, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix ristretta għal workshops imkennija, jew jekk l-eżekuzzjoni tagħha hix ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti;
(b) fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-forniment tas-servizz huwiex riżervat minn dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva għal professjoni partikolari; referenza għad-dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva rilevanti;
(ċ) lista u deskrizzjoni qasira tal-kriterji ta’ elezzjoni fejn applikabbli; livell(i) minimu/i ta’ standards li possibbilment ikunu meħtieġa; indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa (awtodikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni);
8. Limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet jew il-wasla tal-offerti.
9. Il-kriterji li ser jiġu applikati fl-għoti tal-konċessjoni meta ma jidhrux f’dokumenti tal-konċessjoni oħra.
10. Data ta’ meta jintbagħat l-avviż.
11. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn ikun il-każ, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar l-iskadenza biex jitressqu appelli jew, jekk ikun meħtieġ, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
12. Fejn adatt, il-kundizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-konċessjoni hu soġġett għalihom.
13. L-indirizz fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti għandhom jintbagħtu.
14. Fejn adatt, indikazzjoni tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet relatati mal-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.
15. Informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hix relatata ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat b’fondi tal-Unjoni.
16. Għal konċessjonijiet tax-xogħlijiet, indikazzjoni dwar jekk il-konċessjoni hijiex koperta mill-FAP.
Skeda ta’ qabel
Skeda 6 — Servizzi [Regolament 8(2)]
Skeda li jmiss
Skeda 8 — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Perjodu minn Qabel li
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.