L.S. 601.09 · Skedi
Skeda 8. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Perjodu minn Qabel li
jikkonċernaw Konċessjonijiet għal Servizzi Soċjali u Servizzi Speċifiċi Oħrajn [Regolament 95(3)]
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefown, in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku u tal-Internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.
2. Fejn ikun adatt, l-indirizz elettroniku jew tal-internett fejn l-ispeċifikazzjonijiet u kwalunwe dokumenti ta’ sostenn ikunu disponibbli.
3. Tip ta’ awtorità kontraenti jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.
4. Kodiċi CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ forniment jew prestazzjoni ta’ servizz tal-konċessjonijiet.
6. Deskrizzjoni tas-servizzi, l-ordni indikattiva tal-kobor jew il-valur.
7. kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.
8. Fejn japplika, l-iskadenza/i biex jiġu kkuntattjati l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti bl-għan ta’ parteċipazzjoni.
9. Fejn japplika, deskrizzjoni qasira tal-elementi prinċipali tal-proċedura tal-għoti li għandhom jiġu applikati.
10. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
Regolamenti li jirreferu għal din l-Iskeda
Skeda ta’ qabel
Skeda 7 — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Konċessjoni
Skeda li jmiss
Skeda 9 — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi ta’ Għoti ta’ Konċessjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.