L.S. 601.09 · Taqsima IV · Regoli komuni ta’ Konċessjonijiet li jilħqu jew jaqbżu l-Limitu stabbilit fl-Iskeda 3
Regolament 97. Forma u mod ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi
Publikazzjonijiet
(1) L-avviżi ta’ konċessjoni, l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni u l-avviż imsemmi fir-regolament 85(2) għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Iskedi 7, 9 u 10 u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.
(2) L-avviżi kif imsemmija fis-subregolament (1) għandhom jitfasslu, trasmessi b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ppubblikati skont l-Iskeda 11.
(3) L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, li tindika d-data tal-pubblikazzjoni.
(4) L-avviżi ta’ konċessjoni għandhom jiġu ppubblikati sħaħ f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif magħżul mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti. Dik il-verżjoni lingwistika jew dawk il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jikkostitwixxu l-uniku test awtentiku jew l-uniċi testi awtentiċi. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
(5) L-avviżi ta’ konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni u reklami fuq il-Gazzetta m’għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel ma jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ħlief jekk il-pubblikazzjoni fil-livell tal-Unjoni ma sseħħx fi żmien tmienja u erbgħin siegħa minn meta l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jikkonferma li rċieva l-avviż mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fis-subregolamenti (2) u (3). L-avviżi ta’ konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta’ konċessjoni u reklami fuq il-Gazzetta ppubblikati fil-livell nazzjonali m’għandux ikun fihom informazzjoni oħra minbarra dik fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, iżda għandhom jindikaw id-data ta’ meta jintbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Referenzi
Dan ir-regolament jirreferi għal
Regolament ta’ qabel
96 — Avviżi ta’ għoti ta’ konċessjoni
Regolament li jmiss
98 — Rimedji qabel id-Data tal-Għeluq ta’ Sejħa għal Kompetizzjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.