L.S. 601.09 · Taqsima II · Il-Proċess
Regolament 69. Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni
Twaqqif tal-proċedura
(1) Meta jistipulaw il-limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet jew ta’ offerti, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-kumplessità tal-konċessjoni u ż-żmien meħtieġ għat-tfassil tal-offerti jew tal-applikazzjonijiet mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien minimi stipulat f’dan ir-regolament.
(2) Fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fis-sit jew wara spezzjoni fejn jinsabu d-dokumenti li jsostnu d-dokumenti ta’ għoti tal-konċessjoni, il-limiti ta’ żmien għall-wasla tal-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jew għall-wasla tal-offerti, għandhom jiġu ffissati sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru konxji dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jipproduċu l-applikazzjonijiet jew l-offerti u, fi kwalunkwe eventwalità għandhom ikunu itwal mil-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti fis-subregolamenti (3) u (4).
(3) Il-limitu ta’ żmien minimu għall-wasla tal-applikazzjonijiet irrispettivament minn jekk dawn jinkludux l-offerti għall-konċessjoni, għandu jkun tletin jum mid-data li fiha jkun intbagħat l-avviż għall-konċessjoni.
(4) Fejn il-proċedura sseħħ fi stadji suċċessivi l-limitu minimu ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti inizjali għandu jkun ta’ tnejn u għoxrin jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.
(5) Il-limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jista’ jitnaqqas b’ħamest ijiem fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’mezzi elettroniċi f’konformità mad-dispożizzzjonijet tar-regolament 75.
Regolament ta’ qabel
68 — Garanziji proċedurali għall-offerti b’valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-valur fl-Iskeda 3
Regolament li jmiss
70 — Rekwiżiti tekniċi u funzjonali
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.