L.S. 601.09 · Taqsima II · Il-Proċess
Regolament 79. Kriterji tal-għoti
Għoti ta’ Kuntratt
(1) Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jkunu konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-regolament 60 u li jiżguraw li offerti jiġu vvalutati f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva sabiex jiġi identifikat il-vantaġġ ekonomiku għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti
(2) Il-kriterji ta’ għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni, u m’għandhomx jikkonferixxu libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti. Dawn jistgħu jinkludu, fost oħrajn, kriterji ambjentali, soċjali jew relatati mal-innovazzjoni.
(3) Dawk il-kriterji għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi vverifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti.
(4) L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandhom jivverifikaw jekk l-offerti jissodisfawx b’mod adatt il-kriterji tal-għoti.
(5) L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha telenka l-kriterji f’ordni dekrexxenti ta’ importanza.
(6) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subregolament (1), fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tirċievi offerta li tipproponi soluzzjoni innovattiva b’livell eċċezzjonali ta’ prestazzjoni funzjonali li ma setgħetx tiġi prevista minn awtorità jew entità kontraenti diliġenti, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’, b’mod eċċezzjonali, timmodifika l-ordni ta’ prevalenza tal-kriterji tal-għoti biex jittieħed kont ta’ dik is-soluzzjoni innovativa. F’dak il-każ, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tinforma lill-offerenti kollha dwar il-modifika tal-ordni ta’ prevalenza u għandha toħroġ stedina ġdida għall-preżentazzjoni ta’ offerti, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmija fir-regolament 69(4).
(7) Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subregolament (6) fejn il-kriterji tal-għoti jkunu ġew ippubblikati fil-ħin tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tippubblika konċessjoni ġdida, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien minimi msemmijin fir-regolament 69(3).
(8) Il-modifika fl-ordni ta’ prevalenza m’għandhiex twassal għal diskriminazzjoni.
Regolament ta’ qabel
78 — Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra
Regolament li jmiss
80 — Għoti ta’ informazzjoni lil kandidati
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.