L.S. 601.09 · Taqsima II · Il-Proċess
Regolament 70. Rekwiżiti tekniċi u funzjonali
Twaqqif tal-proċedura
(1) Ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni, u dawn għandhom jiġu stabbiliti fid-dokument ta’ konċessjonijiet.
(2) Dawk il-karatteristiċi jistgħu wkoll jirreferu għall-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew tal-forniment tax-xogħlijiet jew is-servizzi mitluba dment li huma jkunu marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonati għall-valur tiegħu u għall-objettivi tiegħu. Il-karatteristiċi jistgħu pereżempju jinkludu l-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, it-tfassil li jieħu kont tar-rekwiżiti kollha (inkluż aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà) u l-valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tal-ittestjar, l-immarkar u t-tikkettar, jew l-istruzzjonijiet għall-utent.
(3) Jekk ma jkunx iġġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali m’għandhomx jirreferu għal ditta jew sors speċifiku, jew għal proċess partikolari li jikkaratterizza l-prodotti jew is-servizzi fornuti minn operatur ekonomiku speċifiku, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu ffavoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Tali referenza għandha tkun permessa, fuq bażi eċċezzjonali, meta ma tkunx possibbli deskrizzjoni biżżejjed preċiża u intelliġibbli tas-suġġett tal-kuntratt. Tali referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem ‘jew ekwivalenti’.
(4) Awtorità kontraenti jew entità kontraenti m’għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet u s-servizzi offruti, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent juri bi kwalunkwe mezz xieraq li s-soluzzjonijiet li ppropona ssodisfaw b’mod ekwivalenti r-rekwiżiti tekniċi u funzjonali.
Regolament ta’ qabel
69 — Limiti ta’ żmien għall-wasla ta’ applikazzjonijiet u offerti għall-konċessjoni
Regolament li jmiss
71 — Użu tal- Kodiċi CPV
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.