L.S. 601.07 · Taqsima I · Tifsiriet, Kamp ta’ Applikazzjoni, u Prinċipji Ġenerali
Regolament 3. Kamp ta’ applikazzjoni
Bla ħsara għall-Artikoli 30, 45, 46, 55 u 296 tat-Trattat, dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-kuntratti mogħtija fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà li għandhom bħala għan:
(a) il-forniment ta’ apparat militari, kif ukoll ta’ kwalunkwe parti, komponent u, jew muntaġġ tagħhom;
(b) il-forniment ta’ apparat sensittiv, kif ukoll ta’ kwalunkwe parti, komponent u, jew muntaġġ tagħhom;
(ċ) xogħlijiet, provvista u servizzi direttament relatati mat-tagħmir imsemmi fil-paragrafi (a) u (b) għall-elementi kollha jew parti minnhom taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;
(d) xogħlijiet u servizzi speċifikament għal skopijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi.
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.