L.S. 601.05 · Skedi
Skeda 19. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-Riżultati tal-Avviżi dwar Kompetizzjoni ta’ Disinn [(Regolament 68(1)]
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).
4. In-numru totali ta’ parteċipanti.
5. In-numru ta’ parteċipanti barranin.
6. Ir-rebbieħ(a) tal-kompetizzjoni.
7. Fejn ikun applikabbli, il-premju/i.
8. Informazzjoni oħra.
9. Referenza għall-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn.
10. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
11. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
Skeda ta’ qabel
Skeda 18 — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviż dwar Kompetizzjoni ta’ Disinn [Regolament 68(1)]
Skeda li jmiss
Skeda 20 — INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ DWAR L-EŻISTENZA TA’ SISTEMA TA’ KWALIFIKA
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.