L.S. 601.05 · Skedi
Skeda 18. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviż dwar Kompetizzjoni ta’ Disinn [Regolament 68(1)]
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).
4. In-natura tal-kompetizzjoni: miftuħa jew ristretta.
5. Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet miftuħa: id-data finali meta jistgħu jiġu rċevuti l-proġetti.
6. Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet ristretti:
(a) in-numru ta’ parteċipanti previsti, jew il-firxa;
(b) fejn ikun applikabbli, l-ismijiet tal-parteċipanti diġà magħżula;
(ċ) il-kriterji għall-għażla tal-parteċipanti;
(d) l-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni.
7. Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk il-parteċipazzjoni hijiex riżervata għal professjoni partikolari.
8. Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni ta’ proġetti.
9. Fejn applikabbli, l-ismijiet tal-membri magħżula tal-ġurija.
10. Indikazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-ġurija hijiex vinkolanti fuq l-awtorità.
11. Fejn ikunu applikabbli, in-numru u l-valur tal-premji.
12. Fejn ikun applikabbli, id-dettalji tal-ħlasijiet għall-parteċipanti kollha.
13. Indikazzjoni dwar jekk ir-rebbieħa tal-premji jingħatawx xi kuntratti ta’ segwitu.
14. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
15. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż. 16. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti.
Regolamenti li jirreferu għal din l-Iskeda
Skeda ta’ qabel
Skeda 17 — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi dwar Kuntratti għal Servizzi Soċjali u Servizzi Speċifiċi Oħrajn
Skeda li jmiss
Skeda 19 — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-Riżultati tal-Avviżi dwar Kompetizzjoni ta’ Disinn [(Regolament 68(1)]
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.