L.S. 601.05 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 89. Metodi varji ta’ akkwist
(1) Kuntratti jistgħu jingħataw bl-użu tal-proċedura miftuħa, il-proċedura ristretta, il-proċedura negozjata b’sejħa għall-kompetizzjoni minn qabel, djalogu kompetittiv, il-proċedura negozjata mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni u kompetizzjonijiet ta’ disinn.
(2) Is-sejħa għal kompetizzjoni tista’ ssir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:
(a) avviż perjodiku indikattiv skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament 63 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata;
(b) avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament 169 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata jew permezz ta’ djalogu kompetittiv jew ta’ sħubija għall-innovazzjoni;
(ċ) permezz ta’ avviż ta’ kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament 64.
(3) Fil-każ imsemmi fis-subregolament (2)(a), l-operaturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż perjodiku indikattiv għandhom sussegwentement jiġu mistiedna sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-miktub permezz ta’ stedina għall-konferma tal-interess f’konformità mar-regolament 73.
Emendat b’A.L. 26 tal-2018
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.