L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 47. Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt
Valur tal-Kuntratt
(1) Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, mingħajr il-VAT, kif stmat mill-entità kontraenti. Dan il-kalkolu jikkunsidra l-ammont totali stmat, inkluż kull forma ta’ għażla u kull tiġdid ta’ kuntratti.
(2) Meta l-entità kontraenti tipprevedi għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tikkunsidrhom meta tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt.
(3) Meta l-entità kontraenti tkun magħmula minn unitajiet operazzjonali separati, għandu jittieħed kont tal-valur totali stmat għal kull unità operazzjonali individwali: Iżda fejn unità operazzjonali separata hija indipendentament responsabbli mill-akkwist tagħha jew ċerti kategoriji tagħha, il-valuri jistgħu jkunu stmati fil-livell tal-unità inkwistjoni.
(4) L-għażla tal-metodu użat għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
(5) Kuntratt ma għandux ikun subdiviż bl-effett li ma jitħalliex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, sakemm dan ma jkunx ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi.
(6) Dak il-valur stmat għandu jkun validu fil-mument li fih tintbagħat is-sejħa għal kompetizzjoni, jew, fil-każijiet fejn mhijiex prevista sejħa għal kompetizzjoni bħal din, fil-mument li fih l-awtorità kontraenti tiftaħ il-proċedura ta’ akkwist, pereżempju, fejn adatt, billi jiġu kkuntattjati l-operaturi ekonomiċi b’rabta mal-akkwist.
Regolament ta’ qabel
46 — Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà
Regolament li jmiss
48 — Valur stmat ta’ ftehim qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.