Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali

Regolament 46. Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Akkwist Imħallat

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru diversi attivitajiet, l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għall-finijiet ta’ kull attività separata jew li jagħtu kuntratt waħdieni. Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-attività separata kkonċernata.

(2) Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tas-subregolament (3). L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni u l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati ma għandhiex issir bl-għan li kuntratt jew il-kuntratti jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti jew tar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà.

(3) Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru attività li hija soġġetta għal dawn ir-regolamenti u oħra li hija soġġetta għar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità mar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà: Iżda d-dispożizzjonijiet ta’ dan is-subregolament huwa mingħajr ħsara għal-limiti u l-esklużjonijiet previsti fir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà.

(4) Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru attività li hija soġġetta għal dawn ir-regolamenti u oħra koperta bl-Artikolu 346 tat-TFUE il-kuntratt għandu jingħata mingħajr ma jiġu applikati dawn ir-regolamenti.

(5) Kuntratti stabbiliti taħt is-subregolament (3), li barra minn hekk jinkludu akkwist jew elementi oħra li huma koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jistgħu jingħataw mingħajr ma jiġu applikati dawn ir-regolamenti.

(6) Is-subregolamenti (3), (4) u (5) japplikaw bil-kundizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma titteħidx bl-għan li kuntratt jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.

Imsemmi fil-marġniL.S. 601.07

Referenzi

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.