L.S. 601.05 · Taqsima V · Aggregazzjoni ta’ Akkwist
Regolament 163. Għeluq
(1) L-entitajiet kontraenti għandhom jagħlqu irkant elettroniku b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:
(a) fid-data u l-ħin indikati preċedentement;
(b) meta ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, jekk qabel dawn iddikjaraw iż-żmien li huma jħallu li jgħaddi wara li jirċievu l-aħħar preżentazzjoni qabel ma jagħlqu l-irkant elettroniku; jew
(ċ) meta jkun tlesta n-numru ta’ fażijiet tal-irkant identifikati preċedentement.
(2) Meta l-entitajiet kontraenti ikollhom l-intenzjoni li jagħlqu irkant elettroniku skont is-subregolament (1)(ċ), possibbilment flimkien mal-arranġamenti stabbiliti fil-punt (b) tiegħu, l-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tindika l-iskeda ta’ żmien għal kull fażi tal-irkant.
(3) Wara li jagħlqu irkant elettroniku, l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratt f’konformità mar-regolament 170 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.
Regolament ta’ qabel
162 — Komunikazzjoni
Regolament li jmiss
164 — Applikabbiltà tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.