L.S. 601.05 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 119. Djalogu
Proċedura Ristretta
(1) Flimkien mal-parteċipanti magħżulin skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolamenti 84, 85, 92 u 164 sa 169, l-entitajiet kontraenti għandhom jiftħu djalogu li l-għan tiegħu jkun li jiġu identifikati u definiti l-aktar mezzi xierqa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom. Huma jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-akkwist mal-parteċipanti magħżulin matul dan id-djalogu.
(2) Matul id-djalogu, l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost il-parteċipanti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi parteċipanti fuq oħrajn.
(3) Bla ħsara għad-dispożizzjonijet tar-regolament 62, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn kandidat jew offerent li qed jipparteċipa fid-djalogu mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.
(4) Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġu diskussi matul l-istadju ta’ djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. Fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, l-entità kontraenti għandha tindika jekk hijiex ser tuża dik l-għażla.
(5) L-entità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun tista’ tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha
(6) Wara li jiddikjaraw li d-djalogu huwa konkluż u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti li jifdal dwar dan, l-entitajiet kontraenti għandhom jitolbuhom jippreżentaw l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ppreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.
Regolament ta’ qabel
118 — Ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti
Regolament li jmiss
120 — Kjarifika, preċiżazzjoni, eċċ
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.